Mill-Kamra | Naqsmu il-fliegu... X'qed jagħmlu r-rappreżentanti tiegħek f'Għawdex?

Mill-Kamra jitkellem mal-Ministru ta' Għawdex Clint Camilleri, il-Kelliem tal-PN għal Għawdex Chris Said u nagħtu ħarsa lejn Mistoqsijiet Parlamentari li saru dwar il-gżira oħt

Id-disa' episodju tal-Programm Mill-Kamra - li jiġi mxandar kull nhar ta' Ħamis fid-6:30 p.m fuq TVMNews+ -  tratta kważi esklussivament lil Għawdex. Għalhekk staqsejna mistoqsijiet dwar l-ambjent, il-konnettività, l-ekonomija u t-turiżmu kif ukoll il-Baġit ddedikat lil Għawdex lill-Ministru Clint Camilleri u lid-Deputat tal-Oppożizzjoni Chris Said. 

Mil-Kamra ta ħarsa wkoll lejn xi Mistoqsijiet Parlamentari li saru propju dwar Għawdex, fosthom dwar il-produzzjonijiet tat-TV jew films li nħadmu jew qed jinħadmu fuq il-gżira ta' Għawdex. 

More in Mill-Kamra