Gift Hampers International : Rigali lussużi varji għal kull okkażjoni u baġit minn sit wieħed

Jekk għandek bżonn tixtri rigal lussuż u m'għandekx ċans tfittex, mela Gift Hampers International huwa l-ħanut għalik

Gift Hampers International joffri varjetà ta’ hampers, liema hampers żgur illi jeħilsuk mill-inkwiet li tipprova tara x’se tixtri għal dak jew l-ieħor. Dan in-negozju jkopri okkażjonijiet vasti inkluż rigali tal-Milied, rigali għal għeluq żmien il-maħbubin, rigali korporattivi u rigali ta’ ringrazzjament. Apparti minn hekk, jekk xtaqt tifraħ lil xi ħadd għax gradwaw, iżżewġu, laħqu xi mira importanti f’ħajjithom jew inkella biex tlissen tbissima fuq xi ħadd li għaddej minn żmien diffiċli, tista’ ssib ir-rigal perfett għand Gift Hampers International.

Iva, fhimtu sew! Dan in-negozju huwa mifrux internazzjonalment u għaldaqstant klijenti minn kull kantuniera tad-dinja għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom mijiet ta’ prodotti, permezz ta’ click wieħed.

Mhux l-ewwel darba li dħalna f’xi ħanut u sforz l-għażla li naraw b’għajnejna nitħawdu minn fejn se naqbdu nibdew. Għand Gift Hampers International, din mhux se tesrperjenzaha, anzi huwa żgurat li jkollok esperjenza mill-aktar professjonali b’servizz bi tbissima. Biex tkompli tagħmel l-esperjenza faċli għall-klijenti tiegħu, Gift Hampers International joffri wkoll l-kunsinna b’xejn, inkluż dawk li jgħixu Għawdex.

Irridu nirrimarkaw illi għalkemm il-hampers huma immirati għal okkażjonijiet differenti huma immirati wkoll għal baġits differenti. B’hekk kull hamper fuq is-sit elettroniku jelenka l-lista ta’ prodotti li jagħmlu parti minnu kif ukoll ritratt iddettaljat biex il-klijent ikun jaf x’inhu jixtri. Il-prodotti li jistgħu jkunu parti mill-hamper tiegħek li jmiss jinkludu, ċikkulata u ħlewwiet lussużi, inbid, xampanja u ikel staġjonali, fost oħrajn.

Dan in-negozju ntalaqa’ tajjeb min-nies u fil-fatt irnexxielu jirċievi ħames stillel permezz tal-kummenti u r-rakkont tal-esperjenzi tal-klijenti passati. Apparti l-fatt li l-Gift Hampers International jwassallek il-prodott wara l-bieb, parti mis-servizz eċċellenti jinkludi selezzjoni speċifika għal dawk li għandhom restrizzjonijiet alimentari, fosthom hampers gluten-free u oħrajn mingħajr alkoħol.

Apparti minn hekk, għal kull xirja li tagħmel tingħata donazzjoni għall-karità lokali. B’hekk il-klijent għandu s-serħan tal-moħħ li mhux biss qiegħed jixtri minn negozju ġenwin u ta’ reputazzjoni tajba, talli se jagħti xi ħaġa lura lill-komunità. Fil-każ ta’ Malta, Gift Hampers International jagħti d-donazzjonijiet lil Hospice Malta li tgħin lil familji u individwi li qed jaffaċċjaw mard terminali. Fil-każ tar-Renju Unit, Gift Hampers International jagħti donazzjoni lill-St Leonard’s Hospice filwaqt li fil-każ tas-sit Irlandiż jagħti d-donazzjonijiet miġbura lil Irish Hospice Foundation.

Kif għidna qabel, Gift Hampers International huwa internazzjonali però l-aktar pajjiżi popolari bħalissa huma r-Renju Unit, l-Irlanda, Malta u Spanja. Fil-fatt, biex tkun aktar konvenjenti għall-klijenti tar-Renju Unit, tal-Irlanda u ta’ Malta, Gift Hampers International għandu uffiċini f’dawn il-pajjiżi.

Tħajjart? Idħol fis-sit ta’ Gift Hampers International biex tara dak li għandhom x’joffru.

More in Kummer?jali