L-MDB jestendi l-appoġġ tiegħu għall-istudenti permezz tal-iskema FSMA+

Din iż-żieda fil-finanzjament tiżgura li l-ebda student eliġibbli li qed jistenna l-finanzjament ma jintlaqat mis-suċċess kbir ta’ din l-Iskema

(Ritratt: MDB)
(Ritratt: MDB)

Il-Malta Development Bank (MDB) ħabbar żieda fl-allokazzjoni finanzjarja mill-Ministeru għall-Finanzi għall-iskema Further Studies Made Affordable Plus (FSMA+), biex ikun żgurat l-aċċess għas-self tal-istudenti.

Imnedija bl-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament sussidjat għal studenti fil-livell post-sekondarju u terzjarju, l-iskemi tal-FSMA kellhom rwol importanti biex jippermettu lill-individwi jilħqu l-oġġettivi edukattivi tagħhom. 

Din iż-żieda fil-finanzjament tiżgura li l-ebda student eliġibbli li qed jistenna l-finanzjament ma jintlaqat mis-suċċess kbir ta’ din l-Iskema. L-Iskema FSMA+ attwali qed tiġi intermedjata permezz ta’ Bank of Valletta plc.

Aktar minn hekk, skema ġdida se tkun imnedija fiż-żmien li ġej, bl-appoġġ ta’ fondi tal-UE ġodda taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ġdid kif ukoll b’riżorsi nazzjonali addizzjonali. Se tinħareġ ukoll espressjoni ta’ interess għall-banek intermedjarji biex joperaw din l-iskema.

Sa mit-twaqqif tal-ewwel skema, l-iskemi FSMA bbenefikaw kważi 750 student b’appoġġ totali ta’ kważi €33 miljun. L-ammont medju tas-self għal kull student kien ta’ madwar €40,000, self li ppermetta lill-istudenti li jkopru miżati tal-korsijiet, spejjeż ta’ akkomodazzjoni u spejjeż oħra marbuta mal-edukazzjoni. Din l-Iskema għenet biex jitnaqqas il-piż finanzjarju fuq il-familji u inċentivat liż-żgħażagħ ikomplu jistudjaw lokalment u barra.

Alison Micallef, Kap Eżekuttiv tal-MDB, esprimiet sodisfazzjon għall-progress tal-iskema.

“Huwa ta’ kuraġġ kbir li naraw tant studenti jgawdu minn din l-inizjattiva biex ikomplu studji li huma marbuta mal-aspirazzjonijiet professjonali tagħhom,” qalet. “Huwa inkoraġġanti wkoll li numru dejjem akbar qed jagħżlu dixxiplini li jiriflettu l-bidliet fil-pajsaġġ ekonomiku tagħna”.

 

More in Kummer?jali