Attenti…Jekk issewwi l-iPhone għand xi ħadd li mhux tal-Apple jista' jieqaf jaħdem

Diversi Iphone 6 waqfu jaħdmu wara li għamlu update tal-IOS9

Software update tal-IOS għal Iphone 6 qegħdin allegatament iwaqqfu lill-istess mobile phone li jkompli jaħdem jekk iku idntifikat li kien hemm xi ħsara li ma ġietx irranġata mill-inġiniera uffiċċjali tal-Apple. Din il-problema ssir tafha billi toħroġ il-kelma 'error 53'. Jidher li din il-problema qed tinqala wara li tagħmel update tas-sistema operattiva iOS9. Dan ġie rappurtat bf'The Guardian u riprodott fil-portal tal-BBC wara li fotografu 'freelancer' Antonio Olmos qal li l-iphone tiegħu waqaf jaħdem kif upgradja għal iOS9. Olmos nefaq eluf kbar fi prodotti ta' Apple u meta mar l-ħanut tal-Apple LOndra qalulu li ma jistgħu jagħmlulu xejn, kulma kellu jagħmel hu li jarmi l-mobile. Sadattant online qed isiru diskussjonijiet min ħafna nies li għandu l-apple li waqqfilhom jaħdem u ħarġitilhom il-kelma error 53. Apple qalu lil ġurnal Ingliż li għandhom software li jiċċekkja li jekk kien hemm xi tiswija saret minn aġenti awtorizzati mill-Apple. Sadattant huma qed javżaw lil min qed jiġrilu hekk biex jikuntattjaw lil Apple Support.

 

More in Kummer?jali