Grupp ta’ impjegati minn Middlesea Insurance riċentament attendew taħriġ bażiku dwar prevenzjoni u kontroll tan-nirien ġewwa l-International Safety Training College.
“It-taħriġ li nagħtu lill-impjegati tagħna ġewwa l-Middlesea Insurance, imur oltre minn dak relatat biss mal-qasam ta’ ħidma tal-individwu. Permezz ta’ taħriġ bħal dan, nistgħu nassiguraw li kemm l-impjegati tagħna kif ukoll il-klijenti jgawdu ambjent iktar sigur, filwaqt li nipproteġu l-bini u l-investiment tagħna,” sostna s-Sur Chris Meli, Chief Officer inkarigat mir-Riżorsi Umani ġewwa Middlesea Insurance.
Waqt dan it-taħriġ, l-impjegati ngħataw taħriġ dwar il-prevenzjoni ta’ nirien, kif ukoll ipprattikaw metodi ta’ kif jistgħu jiġu kkontrollati n-nirien.