Malta taħdem mall-Italja f'eżerċizzju ta’ rispons għat-tniġġis fil-baħar

Transport Malta,b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Guardia Costiera Taljana, wettqet eżerċizzju ta’ rispons għat-tniġġis fil-baħar

Ritratti ta' Transport Malta
Ritratti ta' Transport Malta

Transport Malta,b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Guardia Costiera Taljana, wettqet eżerċizzju ta’ rispons għat-tniġġis fil-baħar fi ħdan il-qafas tal-Eżerċizzju BARRACUDA 2024.

Dan huwa l-ewwel eżerċizzju bilaterali tax-xorta tiegħu bejn Malta u l-Italja li jiffoka fuq it-tħejjija u r-rispons għat-tniġġis fil-baħar.

Il-post strateġiku ta' Malta fil-qalba tal-Baħar Mediterran, li jaqsam korsiji marittimi ewlenin li jgħaqqdu l-Lvant u l-Punent, jenfasizza l-vulnerabbiltà tagħha għall-inċidenti marittimi.

Ritratti ta' Transport Malta
Ritratti ta' Transport Malta

Filwaqt li rrikonoxxiet limportanza li tissalvagwardja l-industrija vitali tat-turiżmu, il-portijiet, u l-impjanti tad-desalinizzazzjoni tagħha, Malta ħadmet b’mod diliġenti matul l-aħħar għaxar snin biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha firrispons għal inċidenti ta’ tniġġis fil-baħar, inklużi miżuri leġiżlattivi robusti u investiment fit-taħriġ u ttagħmir.

Minkejja dawn l-isforzi, tibqa’ r-realtà li l-ebda pajjiż waħdu ma jista’ jindirizza b’mod effettiv inċident kbir ta’ tniġġis waħdu. Għalhekk, id-deċiżjoni ta' Malta li tieħu sehem fl-Eżerċizzju BARRACUDA 2024 kienet waħda naturali, minħabba l-prossimità tagħha mal-Italja u l-interessi komuni fis-sikurezza marittima.

Eżerċizzji konġunti bħal dawn mhux biss jiffaċilitaw it-tagħlim reċiproku iżda jsaħħu wkoll ilkooperazzjoni bejn pajjiżi kostali. Transport Malta tantiċipa li dan l-eżerċizzju jimmarka biss il-bidu ta’ sensiela ta’ inizjattivi kollaborattivi fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis tal-baħar. L-Awtorità tittama li dawn l-isforzi jilħqu l-qofol tagħhom fi ftehim bilaterali formali bejn Malta u l-Italja, simili għal ftehimiet eżistenti fil-Baħar Mediterran.

Transport Malta rringrazzjat lill-aġenziji kollha tal-gvern parteċipanti, l-ekwipaġġi talbastimenti, l-operaturi, ir-REMPEC, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, il-ħaddiema ta’ Transport Malta, u speċjalment il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Guardia Costiera Taljana għall-appoġġ u limpenn bla waqfien tagħhom.

More in Kronaka