Żewġ operaturi se jiġu rilokati biex jingħata spazju għat-trakka tal-karozzi f’Ħal Far

Żewġ operaturi, Attrans u White bothers se jiġu rikolati bil-għan li jkun hemm l-ispazju neċċesarju biex tinbena trakka tal-karozzi li toffri “ l-aqwa faċilità tat-tip tagħha fil-Mediterran

Ritratti (MEEP-MEYR)
Ritratti (MEEP-MEYR)

Żewġ operaturi, Attrans u White bothers se jiġu rikolati bil-għan li jkun hemm l-ispazju neċċesarju biex tinbena trakka tal-karozzi li toffri “ l-aqwa faċilità tat-tip tagħha fil-Mediterran”.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri żaru s-sit fejn mistennija jiġu rilokati ż-żewġ operaturi. 

Ritratti (MEEP-MEYR)
Ritratti (MEEP-MEYR)

Il-Ministru Clifton Grima sostna li x-xogħol fuq it-trakka tal-karozzi miexi b’pass spedit filwaqt li fakkar fl-importanza li jkun hemm ħidma proattiva ma’ diversi entitajiet oħrajn li għandhom kontribut importanti x’jagħtu, fosthom persuni li għandhom art li trid tgħaddi għand SportMalta biex ikunu żviluppati f’dak li se jkun iċ-ċirkwit it-trakka.

Minn naħa tiegħu l-Ministru Schemrbi kellu kliem ta’ tifħir għall-INDIS hekk kif qed imexxu ir-rilokazzjoni. “Bix-xogħol tal-INDIS qegħdin naslu aktar viċin il-ħolma tat-trakka u fl-istess ħin naraw li l-operaturi li se jiġu rilokati jagħmlu dan bl-inqas inkonvenjent possibbli, biex l-operat tagħhom ikun jista’ jkompli jimxi b’mod kostanti matul it-transizzjoni”, qal il-Ministru Schembri

Duncan Micallef, President tal-Malta Motorsport Federation, irrimarka, " Bħala federazzjoni aħna responsabbli għal kull dilettant tal-karozzi li hawn f’Malta, u kulħadd jaf li ilna naħdmu għal dawn l-aħħar tliet snin fuq dan il-proġett li qed isir f’Ħal Far. Illum qed naraw għaddej tindif li huwa parti mill-proġett, fejn se jkunu allokati entitajiet. Dan ifisser li l-gvern qed jagħti l-appoġġ kollu lil dan il-proġett, li għalih qed naħdmu id f’id. Dan it-tindif mhux l-ewwel pass, għaliex diġà sar ħafna xogħol, kif se jkompli għaddej fiż-żmien li ġej”.

Din l-inizjattiva tikkumplimenta sforz ieħor immirat biex ittejjeb id-Drag Racing, li tinkludi diversi modifiki kemm fl-infrastruttura kif ukoll fit-trakka tat-tlielaq. It-tnedija inizjali tat-trakka tal-Motorsport se timmarka titjib fl-infrastruttura tad-Drag Racing, li tiffaċilita ċ-ċertifikazzjoni tagħha mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi (FIA) u tiżgura l-inklużjoni tagħha fil-kalendarju uffiċjali tal-FIA.

More in Kronaka