L-Avukat tal-Istat jgħid li ma kellux setgħa jieħu azzjoni legali jew ifittex għad-danni

L-Avukat tal-Istat, Chris Soler, insista li l-uffiċċju tiegħu ma kellu l-ebda poter li jieħu azzjoni legali jew il-poter li jfittex għad-danni ċivili dakinhar tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet

L-Avukat tal-Istat, Chris Soler, insista li l-uffiċċju tiegħu ma kellu l-ebda poter li jieħu azzjoni legali kontra Chris Cardona, Konrad Mizzi, Joseph Muscat, jew il-poter li jfittex għad-danni ċivili dakinhar tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet Vitals u Stewards fi Frar. 

L-imħallef Toni Abela sema’ l-evidenza li ressaq il-PN sabiex jinġabru lura dawk il-miljuni li ntefqu fuq ftehim fl-205 li kien jinvolvi l-isptar San Luqa, Karin Grech u ta’ Għawdex – li għaddew taħt Vitals Global Healthcare (VGH). 

Il-ftehim kien imbagħad annullat fl-2023 fuq kollużjoni u frodi. 

Soler xehed mill-pożizzjoni ta’ avukat tal-istat u sostna li kulma seta’ hu li jagħti pariri lill-gvern iżda ma kelux setgħa li jieħu azzjoni. 

Soler wieġeb li la l-president, la l-ispeaker, la l-gervn u lanqas il-qroti ma jistgħu jgħidulu x’azzjonijiet jieħu jew meta jeħodhom anke meta jkollu opinjoni differenti minn tal-klijent. 

 “Il-liġi nnifisha, il-Kodiċi Ċivili, mhux biss tagħti lill-Avukat tal-Istat id-dritt li jaġixxi, iżda juża l-kliem ‘permezz ta’ każ ċivili’ u għalhekk jidderiġih b’mod ċar” qal Soler.

“Il-kawża li tikkontesta l-ftehim tal-isptarijiet kienet ġiet ippreżentata minn Adrian Delia fl-2018”, qal Soler lill-Qorti, sentejn qabel il-ħatra tiegħu bħala Avukat tal-Istat fl-2020. “L-imputat f’dak il-każ kien l-Avukat Ġenerali u l-Prim Ministru, mhux l-Avukat tal-Istat imma kont assumejt il-patroċinju kemm tal-Prim Ministru kif ukoll tal-Avukat Ġenerali.”

Madankollu, qabel il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, Soler kien qed jagħtihom pariri fil-kapaċità tiegħu bħala avukat, qal.

L-imħallef staqsa lil Soler dwar il-proċeduri arbitrarji, u huwa wieġeb li kien limitat biex jitkellem fuqhom. 

“Din dwar talbiet li saru minn Steward Healthcare għal ħlasijiet mill-Gvern li saru lilhom ...dak li jsostnu li hu ‘government non rectifiable event of default’. Aħna qed niddefendu dawn it-talbiet u nagħmlu kontrotalbiet.”

L-imħallef staqsa x’kienet il-kontrotalba tal-gvern, u huwa qal li din tirrelata ma’ nuqqas ta’ investiment fit-turiżmu mediku, l-abbandun ta’ proġetti, inabbiltà li tiġi ffinanzjata l-konċessjoni, jew li jiġu pprovduti l-garanziji. 

l-avukat debono staqsieh dwar id-deiċiżjoni tal-gvern li ma jappellax għad-deċiżjoni ta’ Depasquale, Steward biss kien ressaq appell. Soler saħaq li l-ġuri evalwa biss il-kwistjoni ta’ frodi sabiex jkun stabillit jekk Delia għandux dritt li jitqies bħala attur u mhux biex ikun stabbilit jekk kienx hemm kollużjoni jew problemi ta’ istruzzjonijiet għall-Avukat tal-Istat. 

Meta mistoqsi x’azzjonijiet ħa l-Avukat tal-Istat kontra dawk il-persuni nvoluti fil-kollużżjoni, soler wieġeb li “ma kellix poter.. kont inkun qed naġixxi ultra vires” (lil hinn mis-setgħat legali tiegħu)”

Minkejja li ma ħax azzjoni, Soler spjega li xorta ma baqax b’idu fuq żaqqu u mar jistaqsi lil Anthony Borg Barthet, avukat ġenerali rtirat, fejn issuġerilu li jżomm mal-istess fehma. 

Debona rrimarka li l-ftehim kien null għaliex instabet kollużjoni u frodi miż-żewġ naħat, u għal darb’oħra Soler wieġeb li ma kellux setgħa jieħu azzjoni. 

Soler qal li ħadem biswit Robert Abela u Chris Fearne. Soler qal li ma kellu l-ebda obbligazzjoni li jiftaħ investigazzjoni fuq persuni terzi. 

 Debona staqsieh ukoll jekk ħassx il-bżonn li jieħu azzjoni kontra  Chris Cardona, Konrad Mizzi uJoseph Muscat, imma Soler reġa’ wieġeb li ma setax.

Mistoqsi dwar dibattiti parlamentari li kienu jinvolvu l-eks ministru Owen Bonnici, li kienu wasslu għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, Soler wieġeb li dak li ħareġ minnhom “kien meta l-uffiċċji kienu maqsuma, l-Avukat tal-Istat ma ngħatax poteri lil hinn mis-setgħat konsultattivi l-antiki eżerċitati qabel mill-Avukat Ġenerali.”

“ Wara s-sentenza tal-appell, xorta tgħid li ma kellek l-ebda dritt li tiftakar lanqas proċeduri ċivili kontra l-ogħla uffiċjali fil-pajjiż?”, staqsa Debono.

"Nista' naġixxi biss meta l-liġi tagħtini dritt għal, jew meta avviċinat minn parir legali," tenna Soler.

L-Imħallef iddifferiet il-każ għal April għall-provi tad-difiża.

More in Kronaka