Żgħażugħ ta' 15-il sena isofri ġrieħi gravi wara li jintlaqat minn karozza

L-inċident seħħ f'Triq il-Pitkali. Ħ'Attard

It-Tlieta 5 ta’ Settembru, għall-ħabta ta’ 3:30 p.m, intalbet l-għajnuna tal-Pulizija f’Triq il-Pitkali, Ħ’Attard.

Dan wara li żgħażugħ ta’ 15-il sena, residenti Ħ’Attard, intlaqat minn karozza tal-għamla Citroen C3 misjuqa minn mara ta’ 64 sena residenti Ħ’Attard ukoll.

Huwa ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

More in Kronaka