Nhar il-Erbgħa 23 t’Awwissu, għall-ħabta tas-7 p.m, il-preżenza tal-Pulizija ġiet mitluba tmur fi Triq is-Salini, Marsaskala.
Meta marru fuq il-post, sabu li żgħażugħ ta’ 15-il sena residenti ġie milqut minn karozza tat-tip Citroen C1, misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti iż-Żurrieq.
Il-vittma ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u ftit wara ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.