Pulizija mressaq il-Qorti wara li kiser imnieħer raġel li ra mal-eks sieħba tiegħu

Hu ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' elf ewro

Pulizija ta' 20 sena ġie akkużat li attakka raġel li kien mal-eks sieħba tiegħu nhar il-Ħadd 13 t'Awwissu iż-Żurrieq.

L-Ispettur James Malli spjega quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kif argument eskala fi vjolenza fiżika, fejn il-vittma spiċċa b'imnieħru miksur.

Il-Pulizija ġie mressaq b'akkużi ta' ksur tal-paċi pubblika, talli kkaġuna ġrieħi lill-vittma, kif ukoll talli wettaq reat li kien fi dmiru li jwaqqaf milli jseħħ. Hu wieġeb mhux ħati.

L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depositu ta' elf ewro, fost kundizzjonijiet oħra. Inħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni favur il-vittma, u l-akkużat ġie projbit milli jikkuntatja lilu kif ukoll lill-eks sieħba tiegħu.

L-avukati France Debono u Francesca Zarb dehru għall-akkużat.

More in Kronaka