L-aġenzija tal-bidla fil-klima kienet proposta ta' 15-il sena ilu u l-Gvern ma kien għamel xejn

Il-konsulent maniġerjali David Spiteri Gingell ppubblika rapport bil-għan li jipproponi il-ħidma għall-Aġenzija ta’ Malta fil-Bidla fil-Klima li tmur lura fis-sena 2009

Malta diġà għandha il-blueprint għall-Aġenzija tal-Bidla fil-Klima, li ġiet mxerrda f’dokument tal-politika minn David Spiteri Gingell

Il-Ġimgħa, il-Ministru tal-Enerġija Mariam Dalli ħabbret li l-gvern se jiftaħ awtorità ġdida sabiex jissorvelja l-impatt tal-bidla fil-klima u biex jikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa biex itaffi l-effetti tagħha.

Iżda Spiteri Gingell, li huwa konsulent maniġerjali li ħadem mal-Gvern Malti fuq diversi oqsma fosthom l-enerġija u l-pensjonijiet, ippubblika fuq Linkedin dokument mis-sena 2009 li jirrakomanda l-ftuħ ta’ ‘Aġenzija Maltija rigward il-Bidla fil-Klima’.

“Huwa fatt traġiku li dan il-pajjiż jdur fi ċrieki”, stqarr Spiteri Gingell. “Fis-sena 2008 mexxejt kumitat ta’ esperti speċjalizzati fuq il-bidla fil-klima u l-mitigazzjoni tagħha. Aħna konna rrakomandajna l-ftuħ ta’ Aġenzija Maltija rigward il-Bidla fil-Klima taħt l-att tal-Amministrazzjoni Pubblika biex tiġġenera l-implimentazzjoni ta’ miżuri pproposti minn żewġ strateġiji”.

Id-dokument jiddikjara li d-dikjarazzjoni tal-viżjoni tal-aġenzija għandha tkun “biex tħalli l-ġenerazzjoni futura ta’ Malta u Għawdex biex tkun inqas affettwata mill-Greenhouse Gas Emissions”.

L-għan tad-dikjarazzjoni hu: “biex tkun il-katalizzatur tal-nazzjon li tippromwovi id-riduzzjoni tal-Greenhouse Gas Emissions”.

Id-dokument jidħol fid-dettall fuq kif l-aġenzija għandha tkun imwaqqfa. L-aġenzija kellha jkollha Bord tad-Diretturi li tinkludi President u erba’ diretturi mhux eżekuttivi, filwaqt li l-Ministru tar-Riżorsi u l-Affari Rurali li jaħtar lill-President u d-diretturi mhux eżekuttivi. Tlieta mid-diretturi mhux eżekuttivi kellhom ikunu magħżula u maħtura minn lista ta’ nominazzjonijiet li jiġu sottomessi mill-entitajiet pubbliċi b’irwol dirett fil-mitigazzjoni tal-ħsara fil-bidla fil-klima.

L-aġenzija kellha tkun immexxija minn Kap Eżekuttiv li jkun involut f’terminu definit ta' tliet snin u jkollu diversi taqsimiet, fosthom it-taqsima  tal-Ippjanar bil-Quddiem u Taqsima tal-Politika

Spiteri Gingell sostna li hu qed jagħmel ir-rapport pubbliku biex is-Segretarju Permanenti Ewlieni ma jibdiex mill-bidu biex iwaqqaf l-Aġenzija tal-Bidla fil-Klima kif ġie imħabbar il-Ġimgħa.

F’dan l-istadju, hemm biss ftit dettalji fuq il-pjanijiet tal-Minsitru għall-Enerġija għal din l-aġenzija, iżda s'issa huwa magħruf li l-aġenzija se tkun imwaqqfa b’abbozz ta’ liġi fil-Parlament.

Dalli stqarr li l-objettiv prinċipali tal-awtorità se jkun il-moniteraġġ fuq l-impatt tal-bidla fil-klima, filwaqt li jaħseb bi proposti fuq l-azzjonijiet li l-pajjiż se jkollu jindirizza fuq l-fenomenu.

Lura f'Ottubru tal-20019, l-Oppożizzjoni kienet ippreżentat ukoll mozzjoni Parlamentari biex iwaqqaf kummissjoni permanenti biex jiskrutinizza l-azzjonijiet fuq il-bidla fil-klima.

Dak iż-żmien, il-Gvern kien attakka l-kredibbiltà tal-Kelliem għall-Ambjent ta' dak iż-żmien Jason Azzopardi li kien ippreżenta din il-mozzjoni.

Il-Gvern inizjalment kien waqqaf il-mozzjoni li kienet sejħet għal entità u kumitat Parlamentari biex tieħu l-inkarigu fuq azzjonijiet sabiex ittaffi kontra l-bidla fil-klima.

More in Kronaka