Dalgħodu għall-ħabta tat-8a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f'kunvent fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet peliminari li saru rriżulta li raġel ta' 80 sena waqa' għoli ta' madwar sular u nofs waqt li kien nieżel minn taraġ li jagħti għall-bejt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza biex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.