Raġel ta' 78 sena weġġa' serjament wara li waqa' minn fuq sellum

L-inċident seħħ f'residenza f'Marsaxlokk

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7:15 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei, li kien iddaħħal raġel l-isptar wara inċident f'residenza fi Triq Axtart, Marsaxlokk. 

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li aktar kmieni, ir-raġel, li għandu 78 sena waqa' minn fuq sellum u ġie ċċertifikar li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. 

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka