Aġġornat: Vann b'erba' persuni fih jibqa' dieħel ġo ħajt ta' mina qabel San Ġiljan

Bħalissa, d-dipartimenti tat-traffiku qed jiddevjaw it-traffiku minn San Ġwann, filwaqt li tim mediku flimkien ma' ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post biex jgħinu lill-vittma tal-inċident

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates

 

Erba' persuni li kienu f'vann iddaħħlu l-Isptar Mater Dei għall-attenzjoni medika, hekk kif it-Tlieta għall-ħabta tal-4:15pm, il-vann li kienu qed jirkbu fih baqa' dieħel f'ħajt ta' mina li tagħti għal San Ġiljan.

Il-cann tal-għamla Mercedes Sprinter kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar

Minn stħarriġ preliminari, jidher li Mercedes Sprinter bl-isteering fuq ix-xellug tal-karozza, ħabat mal-ħajt. Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku marru fuq il-post biex jassistu lill-vittmi u jinħarġu mill-vettura, u huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura f'ambulanzi.

Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief, filwaqt li żewġ passiġġieri oħra ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. Il-kundizzjoni tal-passiġġier l-ieħor għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka