Raġel iweġġa' gravi wara li prova jaqbeż għal gallarija għax issakkar barra

Minnn investigazzjonijiet preliminari, irriżulta li r-raġel prova jaqbeż mit-tieqa tal-komun għall-gallarija tal-proprjetà tiegħu wara li ssakkar barra.

Raġel ta’ 57 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular għoli, hekk kif prova jaqbeż minn tieqa tal-komun għal gallarija. 

Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ġabta tas-7:45am, fi Triq il-Markiża Buġeja, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari, irriżulta li r-raġel prova jaqbeż mit-tieqa tal-komun għall-gallarija tal-proprjetà tiegħu wara li ssakkar barra.

Fuq il-post mar tim mediku biex jassistu lir-raġel, u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard, ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka