Raġel mgħammad u armat b'sikkina daħal f'ħanut u seraq ammont ta' flus kontanti

Fortunatament ħadd ma weġġa' fis-serqa, li saret f'San Pawl il-Baħar

Illum għall-ħabta ta' 12 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut tal-logħob fi Triq il-Qroll, f'San Pawl il-Baħar. 

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u armat b'sikkina daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, mara ta' 21 sena. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta' flus kontanti. Fortunatament, ħadd ma weġġa'. 

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Micallef u ħatret inkjesta filwaqat li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka