Min-nhar it-Tnejn li ġej jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa għas-summien

Il-Kwota nazzjonali hija ta' 2,400 summiena u ma hemmx kwoti individwali 

B'referenza għall-Avviż Legali li ġie ippubblikat illum, min-nhar it-Tnejn li ġej se jkun qiegħed jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa għas-summien sa-30 ta' April, mis-sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun. 

Il-kwota nazzjonali hija ta' 2,400 summiena u ma hemmx kwoti individwali. Kull summiena li tiġi ikkaċċjata għandha tiġi irraportata immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali. 

Kwalunkwe żvilupp dwar il-ftuħ tal-kaċċa għall-gamiem mis-17 ta' April sat-30 ta' April jitħabbar minnufih. 

More in Kronaka