Aktar kmieni illum, għall-ħabta tad-9:30a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Willie Attard, il-Ħamrun. Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta' 43 sena, kienet waqgħet madwar tliet surlari minn fuq il-bejt tar-residenza tagħha stess.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Matr Dei għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.