Arrestati żewġt irġiel b'rabta ma' serq minn lukanda u ħanut fil-Belt Valletta

Dawn ġew arrestat ilbieraħ minn residenza fil-Belt stess

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija b’rabta ma’ żewġ serqiet li seħħew il-ġimgħa l-oħra fil-Belt Valletta, wasslu biex ġew arrestati żewġt irġiel, ta’ 23 sena u 31 sena, li huma s-suspettati ewlenin li wettqu dawn ir-reati.

L-ewwel serqa seħħet fis-7 ta’ Marzu, 2023, meta għall-ħabta tal-5:15p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li persuna jew persuni mhux magħrufa wettqu serqa minn lukanda li tinsab fi Triq Sant’Orsla.

Jumejn wara, fid-9 ta’ Marzu, 2023, għal xi 8:15a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li matul il-lejl ta’ qabel seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Merkanti. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżluta li ż-żewġ serqiet allegatament seħħew mill-istess persuni.

Għaldaqstant bdiet tfittxija għalihom, biż-żewġt irġiel ġew arrestati lbieraħ minn residenza fil-Bet Valletta. Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għal xi 1:30p.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia.

 Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka