Sewwieq tal-mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta ma' żewġ karozzi fl-Imsida

L-inċident seħħ dalgħodu bejn Suzuki Baleno, Mercedez Benz CC20 u mutur Piaggio

Dalgħodu għall-ħabta tal-10:30a.m. Irlandiż ta' 65 sena, residenti l-Furjana, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa' f'inċident tat-traffiku bejn tliet vetturi.

Dan l-inċident seħħ fi Triq D'Argens, l-Imsida. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Suzuki Baleno, misjuqa minn Indjan ta' 2 sena residenti Birkirkara, mutur Piaggio misjuq mill-vittma u Mercedez Benz CC20, misjuqa minn Libjan ta' 45 sena, residenti l-Gżira. 

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka