Raġel ta' 31 sena weġġa' gravi wara li tilef il-kontroll u waqa' minn fuq il-mutur

Miegħu kien hemm passiġġier ieħor li wkoll sofra ġrieħi gravi 

Ilbieraħ għall-ħabta tat-2:45 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, Santa Venera. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Indjan ta’ 31 sena residenti Tas-Sliema, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Peugeot Tweet, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fuq il-mutur kien hemm ukoll passiġġier raġel li l-età tiegħu għadha mhix magħrufa. 

Intant, iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u aktar tard, ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

More in Kronaka