Jogħġbok it-temp sabiħ u mhux kiesaħ daqs is-soltu? Gawdi l-aħħar ftit għax il-Ħamis ġejja l-kesħa

It-temperatura fi tmiem il-ġimgħa tista' tinżel għal 8°C

Il-paġna meteoroloġika 'it-Temp Madwarna' qed tbassar li ċiklun estensiv - li ngħata l-isem Thor mill-meteorologi Taljani - se jasal fil-Mediterran f'nofs il-ġimgħa u jibda jinħass lokalment minn nhar il-Ħamis li ġej. 

"B'hekk dan iċ-ċiklun se jġib miegħu kesħa polari aktar tipika ta' Jannar mit-temp ta' bħalissa," spjegat tajjeb il-paġna. Dan filwaqt li qed jiġi mbassar ukoll li se jkollna l-maltemp minn nhar il-Ġimgħa 'l quddiem. 

Kemm se tkun it-temperatura? 

Din il-pagna qed tindika li t-temperatura massima, sa' nhar il-Ħamis li ġej, se tkun medja ta' 18°C. Madankollu din se titbaxxa għal 13°C fl-aħħar ta' din il-ġimgħa. It-temperatura minima għal tmiem il-ġimgħa hi mbassra li tkun medja ta' 8°C/9°C. 

More in Kronaka