Ġlieda f'San Ġiljan tħalli raġel bi ġrieħi gravi u ieħor bi ġrieħi f'wiċċu

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Hekk kif kienu sejrin fuq il-post, daħal fl-Għassa ta’ San Ġiljan, raġel mill-Gambja ta’ 24 sena residenti San Ġiljan bi ġrieħi f’wiċċu. Huwa allega li ftit minuti qabel kien involut f’argument ma’ raġel ieħor fi stabbiliment fi Triq San Ġorġ.

Il-Pulizija marret fuq il-post, fejn hemmhekk instab ir-raġel l-ieħor, Pakistani ta’ 33 sena u residenti Tas-Sliema, li kellu wkoll xi ġrieħi.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard, ir-raġel ta’ 24 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka