Illum borża griża, bajda jew sewda? Ara l-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart domestiku

Sena ġdida, skeda ġdida... mil-lum il-ġbir tal-iskart uniformi għal Malta u Għawdex kollu 

Sena ġdida, skeda ġdida. Mil-lum daħlet fis-seħħ l-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart domestiku hekk kif kien determinat fil-Pjan Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart. 

L-għan ta' din il-bidla kienet biex titneħħa l-anomalija eżistenti dwar l-iskedi tal-ġbir tal-boroż b'mod differenti bejn il-lokalitajiet u issa l-ġbir ikun wieħed uniformi għal Malta u Għawdex kollha. 

Kif se tibda' toħorġu l-iskart?

  • It-Tnejn – Skart Organiku biss (borża bajda)
  • It-Tlieta – Skart imħallat (borża sewda)
  • L-Erbgħa – Skart Organiku biss (borża bajda)
  • Il-Ħamis – Skart Riċiklat (borża griza jew ħadra)
  • Il-Ġimgħa – Skart Organiku biss (borża bajda)
  • Is-Sibt - Skart Imħallat (borża sewda)

Minn naħa l-oħra l-ġbir tal-fliexken tal-ħġieġ se jkun qed isir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u t-tielet Ġimgħa tax-xahar.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar għajnuna jista’ jsir kuntatt fuq numru tat-telefon 2090 8600 jew wieħed jista’ jżur is-sit www.wastecollection.mt

More in Kronaka