Jitlef ħajtu b'daqqiet ta' mus wara argument quddiem ħanut tal-pastizzi

L-agressuri ħarbu minn fuq il-post qabel ma' waslu l-pulizija

Raġel ta' 44 sena mir-Rumanija inqatel hekk kif qala' daqqiet ta' arma li taqta' u bil-ponta. 

Minn investigazjzonijiet illi saru irriżulta li l-qtil seħħ hekk kif inqala argument jaħraq bejn numru ta' irġiel fi Triq Ross, quddiem ħanut tal-pastizzi.

Qiegħed jingħad li xhieda fuq il-post qalu li l-agressuri, li allegatament kienu tlieta, ħarbu minnufih minn fuq il-post. Jidher li dan ir-raġel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei iżda madankollu tilef ħajtu sagħtejn wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-omiċidju u t-tfittxijiet għall-aggressuri għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka