Anzjana fil-periklu tal-mewt wara nirien li ħakmu r-residenza tagħha f'Ħal Qormi

Raġel ta’ 41 sena rnexxielu joħroġ mid-dar waħdu, filwaqt li mara ta’ 64 sena ġiet salvata minn membri tal-Protezzjoni Ċivili

Anzjana tinsab fil-periklu tal-mewt wara nirien li ħakmu residenza f'Ħal Qormi.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:15pm fi Triq l-Aħwa Żammit.

Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, kif ukoll tim mediku.

Raġel ta’ 41 sena rnexxielu joħroġ mid-dar waħdu, filwaqt li mara ta’ 64 sena ġiet salvata minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja.

Ir-raġel ma sofra ebda ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka