Anzjan jitlef ħajtu wara li tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat f'karozzi pparkjati

Il-każ seħħ fi Triq l-Ixprunara, f'Għajnsielem

Anzjan ta' 79 sena tilef ħajtu wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Ixprunara, f'Għajnsielem.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija 

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-anzjan ta’ 79 sena residenti Għajnsielem stess, tilef il- kontroll tal-vettura li kien qed isuq u baqa' dieħel f'żewġ karozzi li kienu pparkjati .

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka