Aġġornata | Splużjoni fil-kamra tan-nar ta' Ħal Kirkop... Raġel jinstab mejjet

Splużjoni kbira taħsad lill-Koppin, tinħass minn diversi bnadi u sfortunatament tħalli vittma...

Daħna kbira tiddomina s-sema' wara splużjoni f'kamra tan-nar - Ritratt ta' Steve Compagno
Daħna kbira tiddomina s-sema' wara splużjoni f'kamra tan-nar - Ritratt ta' Steve Compagno

Splużjoni kbira seħħet fil-Kamra tan-Nar ta' San Ġużepp f'Ħal Kirkop, ħalliet persuna bla ħajja: Nardu Camilleri. 

L-isplużjoni seħħet ftit wara is-7:00 a.m b'bosta nies - inkluż residenti f'Birżebbuġa jgħidu ma' dan is-sit u jiktbu fuq il-midja soċjali li l-isplużjoni kienet waħda kbira. 

Kelliem tal-Pulizija - ftit wara l-isplużjoni - qal lis-sit illum.com.mt li minkejja li t-tfittxija kienet bdiet, din kienet għadha qed isir fuq il-parametri tal-post, hekk kif numru ta' murtali baqgħu jieħdu u allura l-post ma kienx sigur biex il-Membri tas-CPD jidħlu jagħmlu t-tfttxija fil-qalba tas-sit fejn seħħet din l-isplużjoni.

Sfortunatament, iktar tard mal-għodwa, hekk kif f'xita qliel, kienu għaddejjin it-tfittxijiet instab Camilleri mingħajr ħajja. Kien fil-fatt il-Każin ta' San Ġużepp tal-istess lokalità li ħabbar il-mewt traġika ta' dan ir-raġel, li fil-fatt kien diġà weġġa' f'inċident ieħor snin ilu. 

Apparti mill-vittma, raġel ta’ 45 sena li kien ukoll fil-kamra fil-ħin tal-isplużjoni u żewġ irġiel oħra ta' 63 u 72 sena ittieħdu l-isptar, bl-ewwel tnejn isofru minn ġrieħi ħfief u dak tal-aħħar ma ġarrab l-ebda ġrieħi. 

 

More in Kronaka