Inċident fatali ieħor; Sewwieq ta' mutur jitlef ħajtu wara ħabta f'Tas-Sliema

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq it-Torri

Raġel ta’ 32 sena tilef ħajtu wara inċident bil-mutur li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Skont il-Pulizija, seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn Sirjan ta’ 29 sena residenti Wied il-Għajn u l-mutur misjuq mir-raġel li huwa mill-Maċedonja.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed Mater Dei minnufih iżda kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Maċedonjan ieħor ta’ 33 sena, li kien passiġġier fuq il-mutur, sofra minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta, filwaqt li l- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka