Imut ir-raġel li nhar il-Ġimgħa waqa' minn għoli f'sit ta' kostruzzjoni

Il-każ seħħ nhar l-4 ta' Novembru fi Triq Victor Denaro fl-Imsida. Ir-raġel waqa' sular u nofs

Miet it-Tork li l-ġimgħa li għaddiet waqa' minn għoli waqt li kien qed jagħmel xogħol f'sit ta' kosruzzjoni.

Il-każ seħħ nhar l-4 ta' Novembru fi Triq Victor Denaro fl-Imsida. Ir-raġel waqa' sular u nofs.

Huwa kien ittieħed Mater Dei fejn kien fil-periklu tal-mewt. Huwa baqa' jissielet għal ħajtu sakemm tilef ħajtu fl-aħħar sigħat.

L-inkjesta maġisterjali dwar dan l-inċident fatali għadha għaddejja.

More in Kronaka