Akkużat quddiem il-Qorti b'użu ta' vjolenza u li pprova jwaqqaf persuna milli tixhed dwar abbuż sesswali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali Sigmund Mifsud tressaq il-Qorti u qed jiffaċċja tliet akkużi, li jitrattaw kemm vjolenza morali jew psikoloġika kif ukoll li prova jwaqqaf persuna milli tixhed, primarjament fuq każ ta' allegat abbuż sesswali

Sigmund Mifsud
Sigmund Mifsud

Il-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali Sigmund Mifsud tressaq il-Qorti u qed jiffaċċja tliet akkużi, li jitrattaw kemm vjolenza morali jew psikoloġika kif ukoll li prova jwaqqaf persuna milli tixhed, primarjament fuq każ ta' allegat abbuż sesswali. 

Mifsud - li fl-2013 kien ukoll kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni - qed ikun akkużat illi bejn Mejju 2019 u dan ix-xahar stess uża vjolenza morali jew anke psikoloġika sabiex jiżola lill-vittma jew inkella jillimitalha l-aċċess għal flus, impjieg jew edukazzjoni. Huwa qed ikun akkużat ukoll illi ġiegħel lill-vittma tibża' li se tintuża l-vjolenza kontiha jew inkella kontra l-proprjetà tagħha. 

Huwa kien akkużat ukoll - fuq kollox - illi lill-vittma prova jwaqqafha milli tagħti xhieda jew informazzjoni f'każ ta' allegat abbuż sesswali. 

Il-vittma in kwistjoni kienet allegatament iffastidjata sesswalment, b'uffiċjal tal-istess Orkestra Nazzjonali b'mod persistenti jipprova jinvadi l-ispazju personali tal-mara u jmissha b'mod li mhux propizju, minkejja r-reżistenza u l-oġġezzjonijiet tagħha. Dawn l-episodji wasslu biex tirreżenja mill-Orkestra, minkejja li din kienet il-ħolma tagħha. 

I-vittma hija mużiċista mħarrġa fil-mużika klassika. 

L-avukat difensur Gianella De Marco qalet illi l-akkużat isofri minn ansjetà li wassal għat-tmiem tal-karriera tiegħu. Huwa kien ikkonferma l-ħtija tiegħu u allura ingġata sentenza ta' sena ħabs sospiżi għal erba' snin, 

 

More in Kronaka