Raġel iweġġa' gravi wara li tilef il-kontroll u baqa' dieħel ġo siġra

L-inċident ġara aktar kmieni dalgħodu f'San Ġiljan 

Dalgħodu għas-6:15a.m. raġel ta' 35 sena mix-Xgħajra ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa' f'inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, f'San Ġiljan. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Ford Fiesta, tilef il-kontroll u kelli impatt ma' siġra. 

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

More in Kronaka