Żagħżugħ ta’ 27 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħxija tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq, ħabat ma’ arblu tad-dawl u nqaleb.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija (2030hrs), fi Triq tal-Papa, Birżebbuġa.
Iż-żagħżugħ kien qed isuq Land Rover Defender u miegħu kien hemm żewġt irġiel ta’ 30 u 34 sena, it-tnejn residenti ż-Żejtun.
Ambulanza ħadet Mater Dei kemm lix-xufier u anke lill-passiġġier ta’ 30 sena.
Ix-xufier kien iċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni serja, filwaqt li l-passiġġier ġarrab ġrieħi gravi.
Dwar dan l-inċident għaddejja inkjesta.