Isofri minn ġrieħi gravi wara li żelaq u waqa' fuq travu f'San Pawl il-Baħar

Kien ħaddiema ieħor li għen lill-vittma biex ma jaqax għal isfel...

Illum, għall-ħabta tad-9:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Isouard, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien qiegħed jagħmel xi xogħol waqt li kien fuq travu tal-ħadid, żelaq, bil-konsegwenza li waqa’ fuq l-istess travu. Ħaddiem ieħor għen lill-vittma biex ma jaqax għal isfel, fejn issejaħ tim mediku u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka