Tliet membri tal-Korp tal-Pulizija sospiżi wara akkużi ta' vjolenza

Il-Korp tal-Pulizija jiftaħ investigazzjoni interna u tinfetaħ ukoll inkjesta Maġisterjali fuq il-każ

Il-Korp tal-Pulizija issospenda tliet kuntistabbli, fid-dawl li qed ikunu investigati b'rabta ma' allegazzjonijiet li naqsu gravament fil-qadi ta' dmirijiethom, fosthom bl-użu ta' vjolenza mhux meħtiega fil-konfront ta' persuni, ħabbar il-Korp tal-Pulizija ftit tal-ħin ilu. 

Minnufih skattat investigazzjoni mill-Korp u qed titmexxa inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Dr Elaine Mercieca. Filwaqt li l-każ qed ikun investigat, il-Korp tal-Pulizija fakkar li ma jittollera ebda episodji simili mill-membri tiegħu, "li fil-maġġoranza tagħhom iwettqu dmirhom b'serjetà u lealtà lejn is-soċjetà li huma mitluba jservu, u lejn il-Korp innifsu."

More in Kronaka