Tifel ta' seba' snin jittajjar minn mutur f'Marsaxlokk

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Bir Rikka

Tifel ta’ 7 snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn mutur.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Bir Rikka, Marsaxlokk.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li t-tifel intlaqat minn mutur tal-għamla Daelim, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Marsaxlokk.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka