Tifel li kien qiegħed isuq rota ġarrab ġrieħi gravi meta ttajjar minn karozza fi Triq Santu Wistin, iż-Żejtun.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn karozza Peugeot 3008 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Mosta u rota misjuqa mill-vittma.
It-tifel, li għandu 13-il sena, ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.