Sewwieq ta' 21 sena arrestat b'rabta mal-inċident li ħalla raġel mejjet fiż-Żejtun

Huwa qed jinżamm arrestat, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin

Investigazzjonijiet intensivi li saru mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u dawk tad-Distrett taż-Żejtun wasslu sabiex f’inqas minn 24 siegħa tinstab il-karozza, kif ukoll ġie identifikat is-sewwieq li allegatament kien involut fl-inċident li sfortunatament ħalla raġel ta’ 51 sena mejjet.

Is-sewwieq, żagħżugħ ta’ 21 sena, residenti Birżebbuġa kien arrestat aktar kmieni illum filwaqt li l-vettura tal-għamla Mazda Demio, instabet f’garaxx f’Ħaż Żabbar.

Huwa qed jinżamm arrestat, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka