Xufier ta' mutur iweġġa' gravi wara inċident tat-traffiku fil-Furjana

Il-każ seħħ fi Triq Nazzjonali lbieraħ waranofsinhar

Xufier ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq Nazzjonali il-Furjana.

Kien għall-ħabta tal-5:00pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Tas-Sliema u mutur misjuq minn raġel ta’ 34 sena mir-Rabat Għawdex.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall- aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka