Ikkonfiskati 48,620 sigarett ta' kutrabandu u aktar minn 210kg tabakk illegali minn garaxx f'Birkirkara

B'kollox dawn jammontaw għal €41,860.91 f'taxxa dovuta

Uffiċjali tad-dwana kkonfiskaw total ta' 48,620 sigarett ta' kuntrabandu u aktar minn 210kg ta' tabakk illegali minn garaxx f'Birkirkara. Minn l-investigazzjoni, dawn l-uffiċjali sabu raġel jixħet is-sigaretti li kellu fil-garaxx f'vettura tat-tip Peugeot Partner. 

Meta mistoqsi minn fejn kien ġab l-affarjiet ikkonfiskati, ir-raġel saħaq li kien xtrahom minn fornitur lokali iżda irrifjuta l-identità tiegħu. Fl-istess waqt ir-raġel ma setax jipprovdi riċevut tas-sigaretti lanqas. 

B'kollox dawn is-sigaretti jammontaw għal €8,666.48 f'dazju u €1,813.96 f'VAT. Minn naħa l-oħra fil-każ tat-tabakk, dan ammonta għall- €25,788.36 f'dazju u €5,592.11 f'VAT. B'hekk b'kollox l-ammont ta' taxxi dovuti fuq dawn is-sigaretti u t-tabakk huwa ta' €41,860.91. 

More in Kronaka