Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali javża biex ma jiġix ikkunsmat dan il-prodott

Id-direttorat jisħaq li f'dan il-prodott hemm il-possibilità ta' preżenza ta' Tropane Alkoids, tossini naturali li jinstabu f'ċerti speċi ta' pjanti

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) , id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, dan il-prodott tad-ditta Trafo, m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilità ta’ preżenza ta’ Tropane Alkaloids.

Tropane Alkaloids huma tossini naturali li jinstabu f’ċertu speċi ta’ pjanti. L-ikkunsmar tiegħu jista' jwassal għal tibdil fir-rata tat-taħbit tal-qalb, uġigħ ta' ras, sturdament u dardir.  Kontaminazzjoni fl-ikel tista’ tiġi kkawżata meta partijiet minn dawn il-pjanti (l-iktar iż-żerriegħa) jiġu maħsuda bla ħsieb mill-uċuħ agrikoli.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

More in Kronaka