Ilbieraħ, għall-ħabta tal-17:30, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulizija rriżulta li raġel u mara, it-tnejn Taljani ta’ 56 sena u residenti San Ġiljan li kienu flimkien fuq mutur tal-għamla Yadea sofrew xi ġrieħi meta kawża ta’ xi żejt li kien hemm fit-triq. Ir-raġel kien qed isuq iżda tilef il-kontroll u waqa’.
Tim mediku tal-għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li kellhom ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.