Ħaddiem jaqa' tliet sulari f'sit ta’ kostruzzjoni fil-limiti tal-Ħandaq u jmut ftit wara

L-inċident seħħ dalgħodu, ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa iżda miet ftit wara

(Mill-Arkivji)
(Mill-Arkivji)

Illum, għall-ħabta tad-9:00.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fil-limiti tal-Ħandaq, Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Ġorġjan ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, weġġa’ wara li waqa’ madwar tlitt sulari waqt li kien qed jaħdem.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Kronaka