Iċċedi injama li kien fuqha u jaqa' sular f'sit ta' kostruzzjoni f'Għawdex

Il-ħaddiem minn Għawdex stess sofra ġrieħi gravi

Raġel weġġa' gravi wara li waqa f'sit ta' kostruzzjoni li kien qed jaħdem fih f'Ta' Sannat.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta' waranofsinhar fi Triq ta’ Xagħman.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ħaddiem ta’ 36 sena residenti r-Rabat, weġġa’ meta ċediet injama li kien qiegħed jaħdem fuqha bil konsegwenza li waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka