Raġel jinstab mejjet f'għadira demm wara li faqa' bieb tal-ħġieġ biex jisraq minn kafetterija

Ħdejn il-bieb tal-ħġieġ imkisser kien għadira demm u taqtir tad-demm li waslu lill-Pulizija sal-post fejn ir-raġel instab mejjet

Ritratti ta' One News
Ritratti ta' One News

Raġel instab mejjet f'għadira demm fil-Qawra kmieni l-Ħamis filgħodu. Skont il-Pulizija, ir-raġel miet waqt li kien qed jipprova jidħol f'kafetterija biex jisraq.

L-identità tal-vittma għadha mhijiex magħrufa. Skont il-Pulizija, r-raġel instab mejjet fi Triq il-Qawra u l-ewwel investigazzjonjiet qed jissuġġerixxu li l-vittma pprova jisraq minn kafettrija fl-istess triq.

Jidher li r-raġel prova jidħol fil-kafetterija għall-ħabta tal-4:30am. Dak il-ħin l-istabbiliment kien magħluq.

Il-Pulizija qalet li sabet il-bieb tal-ħġieġ mifqugħ u għadira demm ħdejh. Il-Pulizija mxew mat-taqtir tad-demm sakemm sabu lir-raġel mejjet f'parapett ta' appartament semi-basement.

Biex spiċċa hemm, ir-raġel waqa' madwar sular għoli.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka