Mara ta' 62 sena tweġġa' gravi wara daqqa ta' karozza ġewwa ż-Żejtun

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Mara ta’ 62 sena residenti ż-Żejtun, għal xi 7:15.a.m, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Żammit, iż-Żejtun.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara, intlaqtet minn Toyota 4Runner li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 57 sena residenti Marsaxlokk.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

More in Kronaka