Jidħol f'ristorant f'San Ġiljan jaqbad sikkina u flixkun tal-ħġieġ u jaggredixxi n-nies
Tliet persuni u l-aggressur innifsu kellhom jiddaħħlu l-isptar

More in Kronaka
Tliet persuni u l-aggressur innifsu kellhom jiddaħħlu l-isptar
Tliet persuni ddaħħlu l-isptar wara inċident serju li seħħ ilbieraħ filgħaxija meta raġel daħal f'ristorant, qabad sikkina u flixkun tal-ħġieġ u beda jaggredixxi nies li kienu preżenti.
Il-każ seħħ fl-10:30pm fi Triq Dragunara.
Jidher li r-raġel li huwa Spanjol qabad jaggredixxi n-nies li kienu f'dan l-istess ristorant b'sikkina u anke flixkun tal-ħġieġ li ħa mill-istess stabbiliment.
Il-Pulizija waslu minnufih u arrestaw lir-raġel immedjatament u kellhom jużaw it-taser biex irażżnuh hekk kif kien aggressiv u beda jħebb għalihom ukoll.
Wara li ġie arrestat, huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni.
Minn iżjed investigazzjonijiet jidher li qabel daħal fl-istabbiliment, għamel ħsara fuq Ford Focus li kienet qed tinstaq minn Pakistan ta’ 28 sena. Ix-xufier ma weġġax.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti tliet persuni – raġel mill-Iżvizzera u żewġt irġiel Taljani - li sofrew ġrieħi kawża ta' daqqiet mis-sikkina u l-flixkun li qalgħu mill-aggressur.
Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura u aktar tard, l-Isvediż ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li t-Taljani ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ordna li ssir inkjesta.