Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa' waqt li kien qed jagħlef l-annimali

Il-każ seħħ ilbieraħ f'residenza f'San Ġwann

Anzjan ta’ 82 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’residenza f’San Ġwann.

Kienu għall-ħabta tal-erbgħa u għoxrin tal-bieraħ waranofsinhar (1620hrs), xħin intalbet l- assistenza tal-Pulizija fi Triq Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel waqa’ waqt li kien qed jagħlef l-annimali.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka