Il-Protezzjoni Ċivili għaddejja b'operazzjoni biex jiġu kkontrollata nirien qawwija f'wied fis-Swieqi.
Il-Pulizija kkonfermaw li n-nirien bdew minn Wied il-Għomor għall-ħabta tat-3pm. Jidher li n-nirien komplew jinfirxu.
Il-kawża tan-nirien għadha mhijiex magħrufa u jidher li ma weġġa' ħadd.
Diversi toroq fil-madwar jinsabu magħluqa għat-traffiku.
Intant, il-Pulizija qed tappella lis-sewwieqa biex jevitaw Triq l-Ibraġġ, l-Ibraġġ, minħabba li t-triq tinstab temporanjament magħluqa minħabba n-nirien.
Il-Pulizija qed titlob ukoll biex ir-residenti tal-akwati jżommu t-twieqi ta' djarhom magħluqa.